14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, Stefano Ricucci, Magiste International SA vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-537/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/6/KE - Manipulazzjoni tas-suq - Sanzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva - Eżistenza tal-istess ksur - Artikolu 52(1) - Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem - Kundizzjonijiet))

(2018/C 166/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, Stefano Ricucci, Magiste International SA

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza t-tkomplija ta’ proċedura ta’ sanzjoni amministrattiva pekunjarja ta’ natura kriminali kontra persuna minħabba aġir illegali li jikkostitwixxi manipulazzjoni tas-suq li għalih diġà ngħatat kundanna kriminali definittiva fil-konfront tiegħu, sa fejn din il-kundanna hija, fid-dawl tad-dannu kkawżat lis-soċjetà mill-ksur imwettaq, ta’ natura li tiskoraġġixxi dan il-ksur b’mod effettiv, proporzjonat u dissważiv.

2)

Il-prinċipju ta’ ne bis in idem iggarantit mill-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħti lill-individwi dritt direttament applikabbli fil-kuntest ta’ tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017


  翻译: