25.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Frar 2016 – The Shirtmakers BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-59/16)
(2016/C 145/25)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Shirtmakers BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
L-Artikolu 32(1)(e)(i) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li “l-ispejjeż tat-trasport” ifissru l-ammonti ffatturati mit-trasportaturi effettivi tal-merkanzija importata, inkluż fil-każ li dawn it-trasportaturi ma jkunux iffatturaw dawn l-ammonti direttament lix-xerrej tal-merkanzija importata, iżda lil operatur ieħor li jkun ikkonkluda l-kuntratti ta’ trasport mat-trasportaturi effettivi f’isem ix-xerrej tal-merkanzija importata u li jkun iffattura lil dan ix-xerrej ammonti ogħla minħabba l-intervent tiegħu sabiex jitwettaq it-trasport?