25.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fil-25 ta’ Frar 2016 – N Luxembourg 1 vs Skatteministeriet
(Kawża C-115/16)
(2016/C 270/28)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: N Luxembourg 1
Konvenut: Skatteministeriet
Domandi preliminari
1. |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/49/KE (1) moqri flimkien mal-Artikolu 1(4) tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija residenti fi Stat Membru li tkun koperta mill-Artikolu 3 tad-Direttiva u, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-każ preżenti, tirċievi interessi minn sussidjarja fi Stat Membru ieħor, hija s-“sid benefiċjarju” ta’ dawn l-interessi fis-sens tad-Direttiva?
|
2. |
L-invokazzjoni minn Stat Membru tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva fuq l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali għall-prevenzjoni tal-frodi u l-abbuż, jew fuq l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva, tippreżupponi li l-Istat Membru inkwistjoni jkun adotta dispożizzjoni nazzjonali speċifika li timplementa l-Artikolu 5 tad-Direttiva, jew li d-dritt nazzjonali jinkludi dispożizzjonijiet jew prinċipji ġenerali dwar il-frodi, l-abbuż u l-evażjoni fiskali li jistgħu jiġu interpretati skont l-Artikolu 5?
|
3. |
Dispożizzjoni fi ftehim dwar it-taxxa doppja bejn żewġ Stati Membri u abbozzata skont il-Mudell ta’ Konvenzjoni Fiskali tal-OECD, skont liema t-tassazzjoni fuq l-interessi tiddependi fuq jekk ir-riċevitur tal-interessi jitqiesx li huwa s-sid benefiċjarju tal-interessi, hija dispożizzjoni konvenzjonali kontra l-abbuż koperta mill-Artikolu 5 tad-Direttiva? |
4. |
Huwa abbuż, eċċ, taħt id-Direttiva 2003/49/KE jekk, fl-Istat Membru fejn min iħallas l-interessi huwa residenti, tnaqqis ta’ taxxa fuq l-interessi huwa awtorizzat, filwaqt li interessi fl-Istat Membru fejn ir-riċevitur tal-interessi huwa residenti ma humiex intaxxati? |
5. |
Stat Membru li ma jixtieqx jirrikonoxxi li kumpannija fi Stat Membru ieħor hija s-sid benefiċjarju tal-interessi u jallega li l-kumpannija fl-Istat Membru l-ieħor hija hekk imsejħa kumpannija conduit artifiċjali, huwa obbligat taħt id-Direttiva 2003/49/KE jew taħt l-Artikolu 10 KE li jiddikjara liema Stat Membru f’dak il-każ jitqies li huwa s-sid benefiċjarju? |
6. |
Jekk kumpannija residenti fi Stat Membru (kumpannija omm) fil-fatt titqies li ma hijiex eżenti mit-taxxa f’ras il-għajn taħt id- Direttiva 2003/49/KE rigward interessi rċevuti minn kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor (sussidjarja), u l-kumpannija omm tal-Istat Membru tal-aħħar titqies li għandha responabbiltà limitata għat-taxxa fuq dawk l-interessi f’dak l-Istat Membru, l-Artikolu 43 KE moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE, jipprekludu leġiżlazzjoni skont liema l-Istat Membru tal-aħħar jeżiġi li l-kumpannija li hija responsabbli sabiex iżżomm it-taxxa f’ras il-għajn (sussidjarja) tħallas l-interessi dovuti fil-każ ta’ talba ta’ ħlas pendenti tat-taxxa f’ras il-għajn b’rata ogħla ta’ interessi mir-rata ta’ interessi pendenti li l-Istat Membru jżomm fuq talbiet ta’ taxxa fuq il-kumpanniji (inkluż dħul fuq l-interessi) magħmula kontra kumpannija residenti fl-istess Stat Membru? |
7. |
Jekk kumpannija residenti fi Stat Membru (kumpannija omm) fil-fatt titqies li ma hijiex eżenti mit-taxxa f’ras il-għajn taħt id-Direttiva 2003/49/KE rigward interessi rċevuti minn kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor (sussidjarja), u l-kumpannija omm tal-Istat Membru tal-aħħar titqies bħala persuna taxxabbli b’responabbiltà limitata għat-taxxa fuq dawn l-interessi f’dak l-Istat Membru, l-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (b’mod alternattiv, l-Artikolu 56 KE), meqjusa separatament jew b’mod sħiħ, jipprekludu leġiżlazzjoni skont liema:
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija mitluba li tinkludi r-risposta għad-domanda 6 fir-risposta tagħha għad-domanda 7. |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE, tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 380).