20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitgericht (il-Ġermanja) fil-5 ta’ April 2016 – Werner Fries vs Lufthansa CityLine GmbH

(Kawża C-190/16)

(2016/C 222/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Werner Fries

Konvenuta: Lufthansa CityLine GmbH

Domandi preliminari

1)

Il-paragrafu FCL.065(b) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (1) huwa konformi mal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età prevista fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

Il-paragrafu FCL.065(b) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa konformi mal-Artikolu 15(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li kull persuna għandha d-dritt għax-xogħol u li teżerċita professjoni magħżula jew aċċettata liberament?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel u t-tieni domanda:

a)

it-titjiriet vojta (titjiret sabiex l-inġenju tal-ajru jiġi rritornat lejn il-bażi), imwettqa fil-kuntest tal-attività kummerċjali ta’ kumpannija tal-ajru u li la jittrasportaw passiġġieri, la merkanzija, u lanqas posta, jaqgħu wkoll taħt il-kunċett ta’ “trasport kummerċjali bl-ajru” fis-sens tal-paragrafu FCL.065(b), jew taħt id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett fil-paragrafu FCL.010 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011?

b)

it-taħriġ u t-twettiq ta’ eżamijiet li fihom pilota li jkun għalaq 65 sena jibqa’ fil-cockpit tal-ajruplan inkwantu membru li ma jtirx jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “trasport kummerċjali bl-ajru” fis-sens tal-paragrafu FCL.065(b), jew taħt id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett fil-paragrafu FCL.010 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011, tat- 3 ta’ Novembru 2011, li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, p. 1).


  翻译: