12.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim (il-Polonja) fid-19 ta’ April 2016 – Aleksandra Kubicka
(Kawża C-218/16)
(2016/C 335/39)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aleksandra Kubicka
Domanda preliminari
L-Artikoli 1(2)(k) u (l) jew 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni [omissis], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jippermettu r-rifjut tar-rikonoxximent tal-effetti reali ta’ legat “b’invokazzjoni” (legatum per vindicationem) previst mil-liġi tas-suċċessjoni, meta dan il-legat jirrigwarda d-dritt għall-proprjetà ta’ immobbli li jinsab fi Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istabbiliment tal-legat b’effett reali dirett?