4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Cafés Pont vs EUIPO – Giordano Vini (Art’s Cafè)

(Kawża T-309/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Art’s Cafè - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 293/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cafés Pont, SL (Sabadell, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Giordano Vini SpA (Diano d’Alba, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u L. Ghedina, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2016 (Każ R 1110/2015-2), dwar talba għal revoka bejn Giordano Vini u Cafés Pont.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cafés Pont, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


  翻译: