30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2018 – Gifi Diffusion vs EUIPO – Crocs (Żraben)

(Kawża T-424/16) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbuna - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Eżami ex officio ta’ raġuni għal invalidità mill-Bord tal-Appell - Ġurisdizzjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”])

(2018/C 152/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gifi Diffusion (Villeneuve-sur-Lot, Franza) (rappreżentant: C. de Chassey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Crocs, Inc. (Niwot, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Seymour, L. Cassidy, J. Guise, D. Knight, solicitors, N. Hadjadj Cazier, M. Berger u H. Haouideg, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2016 (Każ R 37/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ April 2016 (Każ R 37/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gifi Diffusion u Crocs, Inc., hija annullata.

2)

L-EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Gifi Diffusion fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Crocs għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016.


  翻译: