2.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2019 — Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-741/16) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ aspartam li joriġinaw miċ-Ċina - Rifjut li jingħata trattament ta’ ekonomija tas-suq - Impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv - Artikolu 2(7)(b) u (ċ) it-tieni inċiż, tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament 2016/1036 - Artikolu 2(10) tar-Regolament 2016/1036 - Artikolu 3(2) u (6) tar-Regolament 2016/1036 - Artikolu 6(7) tar-Regolament 2016/1036 - Nuqqas ta’ konformità tad-dokumenti tal-kontijiet - Nuqqas ta’ osservanza tal-istandards ta’ kontabbiltà internazzjonali - Użu tad-data tal-industrija tal-Unjoni - Talba għall-aġġustament - Oneru tal-prova - Dritt tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi”)
(2019/C 295/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.–F. Brakeland, T. Maxian Rusche u N. Kuplewatzky, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Hyet Sweet (Gravelines, Franza) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold, F.–C. Laprévote u S. Branca, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1247 tat-28 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aspartam li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2016, L 204, p. 92).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |