22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2020 – Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-146/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Annullament tal-att ikkontestat - Għajbien tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 62/37)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland (‘s-Graveland, il-Pajjiżi Baxxi) u t-12 il-rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: P. Kuypers u M. de Wit, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, J. Langer u M. Noort, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 5929 finali tat-2 ta’ Settembru 2015, dwar għajnuna mill-Istat SA.27301 (2015/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi, relatata mal-akkwist sussidjat jew id-disponibbiltà bla ħlas ta’ żoni naturali, li sommarju tagħha ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, C 9, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors..

2)

Ma hemm, iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent mill-Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters u r-rikorrenti l-oħra sabiex jintervjenu, li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-Anness II;

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters u l-partijiet l-oħra li talbu jintervjenu, li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-Anness II għandhom ibatu l-ispejjeż relatati mat-talba tagħhom għal intervent.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


  翻译: