17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2017 – Dominator International vs EUIPO (DREAMLINE)

(Kawża T-285/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali DREAMLINE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura”])

(2017/C 231/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dominator International GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: N. Gugerbauer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1669/2015-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali DREAMLINE li tindika l-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dominator International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


  翻译: