23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2017 – Louvers Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-835/16) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi ta’ beni u ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Provvista ta’ purtieri, ta’ drappijiet u ta’ persjani interni u servizzi ta’ installazzjoni, ta’ tindif u ta’ manutenzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament tal-proċedura - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2017/C 357/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Louvers Belgium Co. (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentant: V. Lejeune, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Verheecke u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2016 li ma tattribwixxix lir-rikorrenti l-kuntratt tas-sejħa għal offerti OIB.02/PO/2016/012/703 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-illegalitajiet imwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2016 li ma tagħtix lil Louvers Belgium Co. il-kuntratt tas-sejħa għal offerti OIB.02/PO/2016/012/703, u lanqas fuq it-talba għad-danni sa fejn din hija intiża għall-allegat telf mid-dħul minħabba n-nuqqas ta’ għoti tal-kuntratt.

2)

It-talba għal kumpens hija miċħuda bħala manifestament infondata fid-dritt sa fejn din tkopri l-ispejjeż u tariffi marbuta mal-parteċipazzjoni ta’ Louvers Belgium Co. fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti OIB.02/PO/2016/012/703.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


  翻译: