1.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/33 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2016 – Purators et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-265/16)
(2016/C 279/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Purators (Dilbeek, il-Belġju), Delta Light (Wevelgem, il-Belġju) u Ontex (Buggenhout, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9873 finali tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mir-Renju tal-Belġju; |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dawn (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li bbenefikaw minn “deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv”, kif iddefiniti fl-imsemmija deċiżjoni, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma tippermetti lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq abbuż ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE u l-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi d-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala miżura selettiva. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE u fuq l-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball ta’ evalwazzjoni, billi d-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq abbuż ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni billi d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju. |