16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/24


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Scheffler vs EUIPO – Doc Generici (docfauna)

(Kawża T-299/16)

(2016/C 296/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Manfred Scheffler (Leininingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Doc Generici Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “docfauna” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 660 056

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2016 fil-Każ R 885/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-6 ta’ Marzu 2015 li laqgħet l-oppożizzjoni Nru B 2 354 523.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;


  翻译: