31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/51 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – The Logistical Approach vs EUIPO – Idea Groupe (Idealogistic)
(Kawża T-620/16)
(2016/C 402/60)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: The Logistical Approach BV (Uden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Milchior, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Idea Groupe (Montoir de Bretagne, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Idealogistic” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 318 234
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 1435/2015-4
Talbiet
— |
prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
sussidjarjament, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, b’mod żbaljat, ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark 012318234 għas-servizzi “konsulenza fil-qasa tal-loġistika, bħall-għażla ta’ rotot, l-istabbiliment ta’ mħażen u l-għażla ta’ mezzi tat-trasport”; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |