6.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/41 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2016 – Alpirsbacher Klosterbräu Glauner vs EUIPO (Klosterstoff)
(Kawża T-844/16)
(2017/C 038/54)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Alpirsbacher Klosterbräu Glauner GmbH & Co. KG (Alpirsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Göpfert u S. Hofmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Klosterstoff” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 945 944
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 2064/2015-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009. |