27.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/34 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – RRTec vs EUIPO – Mobotec (RROFA)
(Kawża T-912/16)
(2017/C 063/46)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: RRTec Sp. z o.o. (Gliwice, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawrylczyk, konsulent legali)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mobotec AB (Göteborg, l-Isvezja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “RROFA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 699 534
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 2392/2015-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009. |