Kawżi magħquda C-519/17 P u C-522/17 P sa C-525/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot SAS (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali MASTER PRECISE, MASTER SMOKY, MASTER SHAPE, MASTER DUO u MASTER DRAMA — Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali MASTERS COLORS PARIS — Ċaħda tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Eżami ex officio mill-qorti)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 – L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot SAS
(Kawżi magħquda C-519/17 P u C-522/17 P sa C-525/17 P) ( 1 )
“(Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali MASTER PRECISE, MASTER SMOKY, MASTER SHAPE, MASTER DUO u MASTER DRAMA — Trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali MASTERS COLORS PARIS — Ċaħda tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Eżami ex officio mill-qorti)”
2018/C 259/19Lingwa tal-kawża: il-FranċiżPartijiet
Appellanti: L’Oréal (rappreżentanti: T. de Haan, avocat, P. Péters, advocaat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Botis u D. Hanf, aġenti), Guinot (rappreżentant: A. Sion, avocate)
Dispożittiv
1) |
Id-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Ġunju 2017, L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER PRECISE) (T-181/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:447), L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SMOKY) (T-179/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:445), L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER SHAPE) (T-180/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:451), L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER DUO) (T-182/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:448), u L’Oréal vs EUIPO – Guinot (MASTER DRAMA) (T-183/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:449), huma annullati. |
2) |
Il-Kawżi T-181/16, T-179/16, T-180/16, T-182/16 u T-183/16 għandhom jintbagħtu lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
( 1 ) ĠU C 424, 11.12.2017.