4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 2 de Zaragoza – Spanja) – Pilar Centeno Meléndez vs Universidad de Zaragoza

(Kawża C-315/17) (1)

((“Rinviju preliminari - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali - Għoti ta’ komplement ta’ remunerazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-aġenti mhux titolari - Kunċetti ta’ ‘kundizzjonijiet tal-impjieg’ u ta’ “raġunijiet oġġettivi”))

(2018/C 190/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no2 de Zaragoza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pilar Centeno Meléndez

Konvenuta: Universidad de Zaragoza

Dispożittiv

Il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-parteċipazzjoni fis-sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali tal-persunal amministrattiv u tekniku tal-Università ta’ Zaragoza (Spanja) u, għaldaqstant il-benefiċċju ta’ komplement ta’ remunerazzjoni, li huwa konsegwenza ta’ din il-parteċipazzjoni, għall-uffiċċjali u għall-membri tal-persunal bil-kuntratt permanenti, bl-esklużjoni, b’mod partikolari, tal-persuni impjegati bħala aġenti mhux titolari.


(1)  ĠU C 269, 14.08.2017.


  翻译: