25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/7 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Roma – l-Italja) – Pina Cipollone vs Ministero della Giustizia
(Kawża C-600/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Xogħol għal żmien determinat - Qorti Konċiljatorja - Inammissibbiltà manifesta))
(2019/C 112/09)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di pace di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pina Cipollone
Konvenut: Ministero della Giustizia
fil-preżenza ta’: Unione Nazionale Giudici di Pace (Unagipa)
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Roma (il-Qorti Konċiljatorja ta’ Ruma, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Awwissu 2017, hija manifestament inammissibbli.