29.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 168/29 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2017 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-381/15, IMG vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-184/17 P)
(2017/C 168/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: International Management Group (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-381/15; |
— |
konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti mressqa fl-ewwel istanza kif irriveduti u, għalhekk:
|
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka ħames aggravji, ibbażati:
— |
l-ewwel nett, fuq il-ksur tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tad-dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tad-drittijiet tad-difiża; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-appellata; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti, u fuq l-iżnaturament tal-proċess; |
— |
it-tieni nett, fuq il-ksur tar-regolament finanzjarju tal-2012 u tar-regolament finanzjarju ddelegat, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti u fuq l-iżnaturament tal-proċess; |
— |
it-tielet nett, fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti u fuq l-iżnaturament tal-proċess; |
— |
ir-raba’ nett, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti u fuq l-iżnaturament tal-proċess; |
— |
il-ħames nett, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali; fuq il-ksur mill-ewwel qorti tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni u fuq il-ksur tal-Artikolu 61 tar-regolament finanzjarju tal-2012. |
Barra minn hekk, l-appellanti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tiċħad it-talba tagħha għad-danni minħabba assenza ta’ nuqqasijiet.
Fl-aħħar nett, l-appellanti tilmenta li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli u ma inkludietx fil-proċess opinjoni tas-servizz legali tal-Kummissjoni.