6.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2019 — Prim vs EUIPO — Primed Halberstadt Medizintechnik (PRIMED)
(Kawża T-138/17 (1))
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PRIMED - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti PRIM S.A., PRiM, S.A. SUMINISTROS MEDICOS u GRUPO PRiM - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001) - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Klassifikazzjoni bħala provi ġodda jew addizzjonali - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001)”)
(2019/C 155/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Prim, SA (Móstoles, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH (Halberstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Donath, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2016 (Każijiet magħquda R 2494/2015-4 u R 163/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Prim u Primed Halberstadt Medizintechnik.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Diċembru 2016 (Każijiet magħquda R 2494/2015-4 u R 163/2016-4) hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Prim, SA. |
4) |
Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Prim. |