9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Printeos et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-466/17) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-envelops standard/fuq katalogu u envelops speċjali stampati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Annullament parzjali minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni - Deċiżjoni emendatorja - Proċedura għar-riżolviment - Multi - Ammont bażiku - Aġġustament eċċezzjonali - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ globali - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Kumulu tas-sanzjonijiet - Proporzjonalità - Ekwità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)
(2019/C 413/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Printeos, SA (Alcalá de Henares, Spanja), Printeos Cartera Industrial, SL (Alcalá de Henares), Tompla Scandinavia AB (Stokkolma, l-Isvezja) Tompla France (Fleury-Mérogis, Franza), Tompla Druckerzeugnisse Vertriebs GmbH (Leonberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, F. Jimeno Fernández u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4112 final tas-16 ta’ Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni C(2014) 9295 final tal-10 ta’ Diċembru 2014 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |