1.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2019 — Etnia Dreams vs EUIPO — Poisson (Etnik)

(Kawża T-823/17) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Etnik - Trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ identifikazzjoni tat-trade mark preċedenti fl-att ta’ oppożizzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dritt għal rimedju effettiv - Opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Prinċipju ta’ bona fide - Aspettattivi leġittimi)

(2019/C 122/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Etnia Dreams, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: P. Gago Comes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Serge Poisson (Limal, il-Belġju)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 880/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Etnia Dreams u S. Poisson.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Etnia Dreams SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 72, 26.2.2018.


  翻译: