30.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/36 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – SD vs EIGE
(Kawża T-263/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Talba għal tiġdid li għandha l-istess suġġett tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Irrecevabilité”))
(2018/C 152/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: SD (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (rappreżentanti: V. Langbakk, aġent, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-EIGE tas-26 ta’ Awwissu 2016 li tiċħad it-talba tar-rikorrent 26 ta’ April 2016 intiża li tikseb it-tieni tiġdid tal-kuntratt ta’ reklutaġġ u, sa fejn meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE tal-20 ta’ Jannar 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq fit-3 ta’ Ottubru 2016 kontra d-deċiżjoni impliċita tal-EIGE tas-26 ta’ Awwissu 2016, u min-naħa l-oħra; sabiex tikseb kumpens għad-danni li ġew allegatament subiti mir-rikorent bħala konsegwenza ta’ dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
SD huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE). |