26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/71


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2018 – eSlovensko vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-664/17) (1)

(“Rikors għal annullament - Sussidji - Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar sanzjoni amministrattiva - Esklużjoni ta’ proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratt u ta’ għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal tul ta’ sentejn - Inklużjoni abbażi tad-data tas-sistema ta’ detezzjoni rapida u ta’ esklużjoni - Kontestazzjoni - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Ksur tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)

(2018/C 427/94)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: eSlovensko (Lučenec, is-Slovakkja) (rappreżentant: B. Fridrich, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u L. Flynn, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ġunju 2017, dwar sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni tar-rikorrenti mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti u ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal tul ta’ 24 xahar u li tinkludiha, konsegwentement, fil-bażi ta’ data tas-sistema ta’ detezzjoni rapida u ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

eSlovensko għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.


  翻译: