27.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/38


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – L vs Il-Parlament

(Kawża T-156/17)

(2017/C 402/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: L (rappreżentant: I. Coutant Peyre, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fil-25 ta’ Lulju 2016, li biha tkeċċa r-rikorrent;

tikkundanna lill-Parlament sabiex tħallsu l-ammont ta’ EUR 100 000 bħala danni morali; u

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-whistle-blowers kif iddefiniti fl-Artikolu 22a u 22b tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 6(1) tar-regoli interni u tal-interess ikkonċernat tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ diliġenza.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ rispons tal-Parlament għat-talba għal assistenza mir-rikorrent skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal konċiljazzjoni.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti fil-konfront tar-rikorrent.

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq użu ħazin ta’ poter.

9.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq in-natura abbużiva tat-tkeċċija.


  翻译: