15.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/42 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Menta y Limón Decoración vs EUIPO – Muniċipalità ta’ Santa Cruz de La Palma (Rappreżentazzjoni ta’ raġel b’kostum reġjonali)
(Kawża T-183/17)
(2017/C 151/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Menta y Limón Decoración, SL (Argame, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Muniċipalità ta’ Santa Cruz de La Palma (Santa Cruz de La Palma, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ raġel b’kostum reġjonali – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 822 013
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 510/2015-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkonferma d-deċiżjoni tat-28 ta’ Jannar 2015 mogħtija fl-ewwel istanza mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, li tiċħad totalment l-applikazzjoni għat-Trade mark Komunitarja Nru 10 822 013 li saret mill-muniċipalità ta’ Santa Cruz de La Palma; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura odjerna kif ukoll għal dawk tal-proċedimenti tal-appell u ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 207/2009. |