14.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/34 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Tengelmann Warenhandelsgesellschaft vs EUIPO – C & C IP (T)
(Kawża T-401/17)
(2017/C 269/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tengelmann Warenhandelsgesellschaft KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Prange, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C & C IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “T” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 623 022
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2017 fil-Każ R 502/2015-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirriformaha b’mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda fit-totalità tagħha; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedimenti tal-appell. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |