21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/56 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2017 – Portigon vs SRB
(Kawża T-420/17)
(2017/C 277/81)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener u V. Jungkind, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05) sa fejn id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-ewwel sat-tielet subparagrafi tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, (1) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/81 (2) u l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE. (3)
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), għaliex, fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari tar-rikorrenti meta mqabbla ma’ dik ta’ istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu marbuta li jħallsu l-kontribuzzjonijiet, id-deċiżjoni tmur kontra l-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza. Barra minn hekk, id-deċiżjoni taffettwa b’mod sproporzjonat il-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti. |
3. |
It-tielet motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 flimkien mal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, peress li l-konvenut, fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet, wettaq żball meta naqas milli jeskludi mill-passiv rilevanti għall-finijiet tal-irkupru tal-kontribuzzjonijiet l-attivitajiet fiduċjarji tar-rikorrenti li ġew iddikjarati iżda li huma mingħajr riskju. |
4. |
Ir-raba’ motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 flimkien mal-Artikolu 5(3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, peress li l-konvenut ikkalkola b’mod żbaljat il-kontribuzzjoni tar-rikorrenti abbażi ta’ evalwazzjoni gross fir-rigward tal-kuntratti dderivati tar-rikorrenti. |
5. |
Il-ħames motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 flimkien mal-Artikolu 6(8)(a) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63, għaliex fil-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni, il-konvenut wettaq żball meta qies lir-rikorrenti bħala istituzzjoni f’fażi ta’ ristrutturazzjoni u l-indikatur ta’ riskju fis-sens tal-Artikolu 6(5)(c) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 2015/63 kellu jassumi l-valur minimu. |
6. |
Is-sitt motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta minħabba l-assenza ta’ opportunità għar-rikorrenti sabiex tinstema’. |
7. |
Is-seba’ motiv, imressaq sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta peress li d-deċiżjoni naqset milli tagħti motivazzjoni suffiċjenti. |
(1) Regolament (EU) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81, tad-19 ta’ Diċembru 2014, li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015 L 15, p. 1).
(3) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014 L 173, p. 190).
(4) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63, tal-21 ta’ Ottubru 2014, li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015 L 11, p. 44).