29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-160/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Regolament (KE) Nru 1484/95 - Importazzjoni tal-laħam tat-tjur iffriżat mill-Brażil - Irkupru a posteriori ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni - Mekkaniżmu ta’ verifika - Metodu ta’ kalkolu tad-dazji addizzjonali)

(2020/C 215/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li merkanzija importata fl-Unjoni tkun inbiegħet b’telf, jiġifieri bi prezz orħos mill-prezz cif tal-importazzjoni, hekk kif ikun jidher fid-dikjarazzjoni doganali, ma huwiex biżżejjed, waħdu, sabiex jiġi kkonstatat li ma ġiex ipprovat li l-prezz cif tal-importazzjoni huwa korrett, meta l-importatur jipprova li l-kundizzjonijiet kollha relatati mal-iżvolġiment tal-kunsinna tal-merkanzija jikkonfermaw li dan il-prezz huwa korrett.

2)

L-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1484/95, kif emendat bir-Regolament Nru 248/2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li l-importatur ma kienx f’pożizzjoni li jipprova li l-prezz cif tal-importazzjoni li jidher fid-dikjarazzjoni doganali huwa korrett, l-awtoritajiet doganali għandhom, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dazji addizzjonali, jinjoraw dan il-prezz u jużaw il-metodi li jiddeterminaw il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija importata, previsti fl-Artikoli 29 sa 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


  翻译: