26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/8 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio) — l-Italja — AQ et (C-789/18) u ZQ (C-790/18) vs Corte dei Conti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Inps-Gestione (C-789/18)
(Kawżi magħquda C-789/18 u C-790/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizz pubbliku - Kumulazzjoni ta’ emolumenti li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ attivitajiet bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha għas-servizz ta’ entità pubblika waħda jew iktar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal limitu għal tali kumulazzjoni - Sitwazzjoni purament interna - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta)
(2019/C 288/09)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AQ et (C-789/18) u ZQ (C-790/18)
Konvenuti: Corte dei Conti, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Inps-Gestione C-789/18),
fil-preżenza ta’: BR et (C-789/18)
Dispożittiv
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Latium, L-Italja), permezz tad-deċiżjonijiet tas-7 ta’ Novembru 2018, huma manifestament inammissibbli.