23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/22 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2018 minn Marine Harvest ASA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-704/14, Marine Harvest ASA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-10/18 P)
(2018/C 142/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Marine Harvest ASA (rappreżentant: R. Subiotto QC)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, totalment jew parzjalment; |
— |
Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 jew, alternattivament, tannulla l-multi imposti fuq l-appellanti skont id-deċiżjoni jew, alternattivament ukoll, tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq l-appellanti skont id-deċiżjoni; |
— |
Tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u oħrajn, kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
Skont il-bżonn, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
— |
Tieħu kull miżura oħra li din il-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha xierqa. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti tibbaża fuq żewġ aggravji.
1. |
Permess tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi naqset milli tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1) (ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet) f’dan il-każ.
|
2. |
Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta imponiet żewġ multi għall-istess aġir.
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).