17.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-9 ta’ Lulju 2018 – AGROBET CZ, s.r.o. vs Finanční úřad pro Středočeský kraj
(Kawża C-446/18)
(2018/C 328/36)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AGROBET CZ, s.r.o.
Konvenuta: Finanční úřad pro Středočeský kraj
Domanda preliminari
1) |
Miżura ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-istabbiliment u l-ħlas ta’ parti mit-tnaqqis tal-VAT mitlub għat-terminazzjoni tal-proċedimenti li jirrigwardaw is-servizzi taxxabbli kollha matul perijodu taxxabbli determinat hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT? |