26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/47 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — Marriott Worldwide vs EUIPO — AC Milan (AC MILAN)
(Kawża T-28/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva AC MILAN - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti AC u AC HOTELS BY MARIOTT u figurattiva preċedenti AC HOTELS MARRIOTT - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Assenza ta’ karattru distintiv tat-trade mark AC - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 288/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Marriott Worldwide Corp. (Bethesda, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Reid, solicitor u S. Baran, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Markakis u D. Walicka, sussegwentement E. Markakis u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Associazione Calcio Milan SpA (AC Milan) (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u G. Ghisletti, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2017 (Każ R 356/2017 -2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marriott Worldwide u AC Milan.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Marriott Worldwide Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż. |