26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/49 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2019 — Gibson Brands vs EUIPO — Wilfer (Forma ta’ kitarra)
(Kawża T-340/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ kitarra - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(2) tar-Regolament 2017/1001)”)
(2019/C 288/62)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gibson Brands, Inc. (Nashville, Tennessee, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment K. Hughes, solicitor, A. Renck u C. Stöber, avukati, sussegwentement A. Renck u C. Stöber)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hans-Peter Wilfer (Markeneukirchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Nilgen u A. Kockläuner, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2018 (Każ R 415/2017-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn H. Wilfer u Gibson Brands.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Gibson Brands, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |