30.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Moreno Reyes vs Il-Kunsill

(Kawża T-552/18) (1)

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Venezwela - Iffriżar ta’ fondi - Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-listi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi - Żball ta’ evalwazzjoni”)

(2021/C 349/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Xavier Antonio Moreno Reyes (Karakas, il-Venezwela) (rappreżentanti: F. Di Gianni u L. Giuliano, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, S. Kyriakopoulou u P. Mahnič, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 160 I, p. 12), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 10), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 160 I, p. 5), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Xavier Antonio Moreno Reyes.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


  翻译: