25.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – Bonnafous vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-646/18) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rapport ta’ verifika tar-riżorsi umani tal-EACEA - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika”)
(2020/C 175/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Laurence Bonnafous (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Blot u S. Rodrigues, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 6753 finali, tad-9 ta’ Ottubru 2018, li tirrifjuta li tilqa’ t-talba ta’ aċċess għar-rapport finali tal-awditu tal-2018 tar-riżorsi umani tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” (EACEA), tal-21 ta’ Jannar 2018, imressqa mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Laurence Bonnafous hija kkundannata għall-ispejjeż. |