29.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2019 — Herrero Torres vs EUIPO — DZ Licores (CARAJILLO LICOR 43 CUARENTA Y TRES)

(Kawża T-326/18) (1)

(“Trade mark tal-Unoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CARAJILLO LICOR 43 CUARENTA Y TRES - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Carajillo - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2019/C 148/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: José-Ramón Herrero Torres (Castellón de la Plana, Spanja) (rappreżentant: J. Gil Martí, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DZ Licores, SLU (Cartagena, Spanja) (rappreżentanti: A. Vela Ballesteros u B. Lamas Begué, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2018 (Każ R 2104/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J-R. Herrero Torres u DZ Licores.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

José-Ramón Herrero Torres huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


  翻译: