16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/33


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2018 – DeepMind Technologies vs EUIPO (STREAMS)

(Kawża T-97/18)

(2018/C 134/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DeepMind Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. St Quintin, barrister, K. Gilbert u G. Lodge, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “STREAMS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 166 176

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 35/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tikser l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, alternattivament;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq l-istess bażi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2017/1001.


  翻译: