30.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/44 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2018 – Darmanin vs EASO
(Kawża T-116/18)
(2018/C 152/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Joanna Darmanin (Sliema, Malta) (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara u tiddeċiedi li:
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 14 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra (iktar ’il quddiem il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg”), u tal-Gwida applikabbli għall-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-membri tal-persunal bi prova interna tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO). |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-EASO tat-18 ta’ Jannar 2016 li timplimenta l-Artikoli 43 u 44 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-persunal temporanju. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-Deċiżjoni Nru 11 tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-EASO tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-persunal amministrattiv intermedju. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali. |
5. |
Il-ħames motiv, sussidjarju, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità minħabba ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ksur tad-dritt għal smigħ effettiv. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni legali, ekwa u prevedibbli. |
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tar-regoli fil-qasam tal-oneru tal-prova. |