27.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/42 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2018 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB
(Kawża T-414/18)
(2018/C 301/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hypo Vorarlberg Bank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2018 (SRB/ES/SRF/2018/03) (“Decision of the Single Resolution Board of 12 April 2018 on the calculation of the 2018 ex ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2018/03)”), inkluż l-anness tagħha, f’kull każ sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inkluż l-anness tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni li għandha titħallas mir-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.
1. |
Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba notifika inkompleta tad-deċiżjoni kkontestata. |
2. |
Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata. |
3. |
Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali minħabba assenza ta’ smigħ u nuqqas ta’ osservanza tad-dritt għal smigħ f’qorti. |
4. |
Illegalità tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 (1) bħala bażi legali għad-deċiżjoni kkontestata. Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikoli 4 sa 7 u 9, kif ukoll l-Anness I, tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 — dispożizzjonijiet li jifformaw il-bażi għad-deċiżjoni kkontestata — joħolqu sistema opaka għall-istabbiliment ta’ kontribuzzjonijiet, li tmur kontra l-Artikoli 16, 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u li fiha l-konformità mal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta u l-osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali ma humiex żgurati. |
(1) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44).