26.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 427/97 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2018 – ZD vs Il-Parlament
(Kawża T-591/18)
(2018/C 427/128)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZD (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha tiġi sospiża mill-funzjonijiet tagħha; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba inkwantu l-amministrazzjoni ma pproċedietx għas-smigħ tagħha qabel ma ngħatat id-deċiżjoni, meta kien ikun possibbli li jsir smigħ mingħajr preġudizzju għall-interess sew tal-investigazzjoni u kif ukoll tas-servizz. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni inkwantu l-allegazzjoni ta’ żball gravi li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata hija lakonika, vaga u ma hija la ġġustifikata, u lanqas issostanzjata permezz ta’ elementi preċiżi li joħorġu fid-dawl l-eżistenza ta’ suspetti suffiċjenti li jkunu jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li r-rikorrenti wettqet nuqqasijiet fl-obbligi tagħha taħt ir-Regolamenti tal-Persunal. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-fatt li l-amministrazzjoni setgħet adottat miżuri inqas severi filwaqt li tiżgura l-ħtiġijiet tal-investigazzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura inkwantu, minn naħa, l-amministrazzjoni ma bbilanċjatx l-interessi tar-rikorrenti ma’ dawk tas-servizz, u b’mod partikolari l-fatt li r-rikorrenti ilha ħmistax-il sena taħdem il-Parlament, għandha relazzjonijiet eċċellenti mas-superjuri ġerarkiċi tagħha u tagħti prova ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni tajbin ħafna, u, min-naħa l-oħra, li din id-deċiżjoni li ġiet immedjatizzata malajr tippreġudika l-personalità u r-reputazzjoni tagħha. |