14.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili – Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali – Malta) – Repubblika vs Il-Prim Ministru
(Kawża C-896/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 2 TUE - Valuri tal-Unjoni Ewropea - Stat tad-dritt - Artikolu 49 TUE - Adeżjoni mal-Unjoni - Assenza ta’ rigress fil-livell ta’ protezzjoni tal-valuri tal-Unjoni - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Artikolu 19 TUE - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kamp ta’ applikazzjoni - Indipendenza tal-membri tal-ġudikatura ta’ Stat Membru - Proċedura ta’ ħatra - Setgħa tal-Prim Ministru - Involviment ta’ kumitat dwar il-ħatriet tal-ġudikatura)
(2021/C 228/08)
Lingwa tal-kawża: il-Malti
Qorti tar-rinviju
Qorti Ċivili Prim’Awla – Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Repubblika
Konvenut: Il-Prim Ministru
fil-preżenza ta’: WY
Dispożittiv
1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jiġi applikat f’kawża li fiha qorti nazzjonali tiġi adita b’azzjoni prevista fid-dritt nazzjonali u intiża li din il-qorti tagħti deċiżjoni dwar il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-proċedura ta’ ħatra tal-membri tal-ġudikatura tal-Istat Membru li taħtu taqa’ l-imsemmija qorti. Għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jittieħed debitament inkunsiderazzjoni. |
2) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet nazzjonali li jagħtu lill-Prim Ministru tal-Istat Membru kkonċernat setgħa deċiżiva fil-proċess ta’ ħatra tal-membri tal-ġudikatura, filwaqt li jipprevedu l-involviment, f’dan il-proċess, ta’ korp indipendenti responsabbli, b’mod partikolari, sabiex jevalwa l-kandidati għal pożizzjoni ta’ membru tal-ġudikatura u sabiex jagħti parir lil dan il-Prim Ministru. |