26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Mejju 2019 — Johannes Dietrich vs Hessischer Rundfunk
(Kawża C-422/19)
(2019/C 288/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Johannes Dietrich
Konvenut: Hessischer Rundfunk
Domandi preliminari
1) |
Il-kompetenza esklużiva li tgawdi minnha l-Unjoni skont l-Artikolu 2(1) TFUE flimkien mal-Artikolu 3(1)(ċ) TFUE, fil-qasam tal-politika monetarja għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro, tipprekludi l-adozzjoni minn wieħed minn dawn l-Istati Membri ta ’att leġiżlattiv li jimponi obbligu fuq entitajiet pubbliċi ta’ dan l-Istat Membru li jaċċettaw karti tal-flus iddenominati f’euro bħala parti mill-implimentazzjoni ta ’obbligi ta’ ħlas imposti mill-awtoritajiet pubbliċi? |
2) |
L-istatus ta’ karti tal-flus iddenominati f’euro bħala valuta legali skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 128(1) TFUE, it-tielet sentenza tal-Artikolu 16(1) tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u t-tieni sentenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta ’Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro (1), jipprekludi awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru milli jirrifjutaw li jeżegwixxu, fir-rigward ta’ tali karti tal-flus, obbligu ta’ ħlas impost mill-awtoritajiet pubbliċi, jew id-dritt tal-Unjoni jippermetti leġiżlazzjonijiet li jeskludu l-ħlas bil-karti tal-flus f’euro għal ċerti obbligi ta’ ħlas imposti mill-awtoritajiet pubbliċi? |
3) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv u t-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv: Att leġiżlattiv ta’ Stat Membru li l-valuta tiegħu hija l-euro, adottat fil-qasam tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni għall-politika monetarja, jista’ jiġi applikat minn dakinhar ’il quddiem sakemm l-Unjoni ma tkunx għamlet użu mill-kompetenza tagħha? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 111, rettifika fil-ĠU 2017, L 253, p. 41.