4.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/20 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2019 minn Ja zum Nürburgring eV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-373/15, Ja zum Nürburgring eV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-647/19 P)
(2019/C 372/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Ja zum Nürburgring eV (rappreżentanti: Prof. Dr. D. Frey u Dr. M. Rudolph, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
1. |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-373/15. |
2. |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 3634 final tal-1 ta’ Ottubru 2014, sa fejn huwa stabbilit fiha li:
|
3. |
sussidjarjament, tannulla s-sentenza ċċitata fil-punt 1 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. |
4. |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka ħames aggravji.
1. |
Żbatt ta’ liġi meta ċaħdet l-inċidenza tal-appellanti bħala kompetituri:
|
2. |
Żball ta’ liġi fiċ-ċaħda tal-inċidenza tal-appellanti bħala assoċjazzjoni professjonali:
|
3. |
Żball proċedurali u sostantiv meta ċaħdet locus standi tal-appellanti bħala kompetitur u bħala assoċjazzjoni professjonali fir-rigward tat-tieni deċiżjoni kkontestata.
|
4. |
Żball ta’ liġi meta ċaħdet l-obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-għoti ta’ għajnuna ġdida permezz tal-bejgħ tal-assi lil capricorn.
|
5. |
Motivazzjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali minħabba l-assenza ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tieni deċiżjoni kkontestata.
|