26.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021 – Hill Mansilla vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-575/19) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2018 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Nondiskriminazzjoni”)
(2021/C 297/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Élise Hill Mansilla (Rodemack, Franza) (rappreżentant: R. Mbonyumutwa, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Vernier, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, l-ewwel, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2018 li ma tinkludix isem ir-rikorrenti fil-lista definittiva tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2018 u, it-tieni, għall-kumpens għad-danni morali u materjali li din tal-aħħar allegatament sostniet minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Élise Hill Mansilla hija kkundannata għall-ispejjeż. |