26.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2021 – Iniciativa “Derecho de la UE, derechos de las minorías y democratización de las instituciones españolas” vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-611/19) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - ‘Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet tal-minoranzi u d-demokratizzazzjoni tal-istituzzjonijiet Spanjoli’ - Qafas ġdid għall-Unjoni sabiex issaħħaħ l-Istat tad-dritt - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni - Assenza ta’ stedina sabiex tiġi ppreżentata proposta ta’ att legali tal-Unjoni - Artikolu 4(2) u punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 296 TFUE”)
(2021/C 297/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Kumitat taċ-ċittadini tal-inizjattiva “Derecho de la UE, derechos de las minorías y democratización de las instituciones españolas” (rappreżentanti: G. Boye, I. Elbal Sánchez, E. Valcuende Sillero u I. González Martínez, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: I. Martínez del Peral, aġent)
Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1182 tat-3 ta’ Lulju 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Id-Dritt tal-UE, id-drittijiet tal-minoranzi u d-demokratizzazzjoni tal-istituzzjonijiet Spanjoli” (ĠU 2019, L 185, p. 46).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Il-kumitat taċ-ċittadini tal-inizjattiva “Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet tal-minoranzi u d-demokratizzazzjoni tal-istituzzjonijiet Spanjoli” għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |