13.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/62 |
Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-45/19
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 122 tal-1 ta’ April 2019 )
(2019/C 164/66)
F’paġna 20, l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-45/19, Acron et vs Il-Kummissjoni għandu jinqara kif ġej:
“Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2019 – Acron et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-45/19)
(2019/C 164/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Acron PAO (Veliky Novgorod, ir-Russja), Dorogobuzh PAO (Dorogobuzh, ir-Russja), Acron Switzerland AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. De Meese, J. Stuyck u A. Nys, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1703 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2018; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-kovenuta kisret l-obbligi internazzjonali tagħha, fatt li jikkonstitwixxi ksur tat-Trattat, u naqset milli tipproduċi raġunijiet suffiċjenti, billi kkonstatat li l-Federazzjoni tar-Russja ma kinitx qiegħda tosserva l-obbligi tagħha fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar il-quddiem il-“WTO”). Ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta naqset milli tqis l-adeżjoni tal-Federazzjoni tar-Russja Fédération fil-WTO, bħala rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping tar-rikorrenti. Il-konvenuta kienet obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-impenji meħuda mill-Federazzjoni tar-Russja inkonnessjoni mal-prezz tal-gass billi twettaq eżami mill-ġdid intermedjarju tad-dazji applikabbli fuq l-importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju. Peress li l-konvenuta sostniet li l-Federazzjoni tar-Russja ma osservatx il-protokoll tagħha ta’ adeżjoni, il-konvenuta aġixxiet bi ksur tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ u tal-Artikolu II tal-Ftehiom antidumping tal-WTO. Billi dan ma wettqitux, il-konvenuta naqset mill-obbligi internazzjonali tagħha, fatt li jekwivali għal ksur tat-Trattat. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqset milli tipproduċi raġunijiet suffiċjenti, fatt li wassal għal ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, billi kkonstatat li t-tibdil taċ-ċirkustanzi invokat mir-rikorrenti ma kienx ta’ natura dejjiema.
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, u ħolqot nuqqas ta’ ċertezza legali, billi naqset li tipprovdi l-kalkolu ta’ dumping tagħha.
|