20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/55


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2019 – LSEGH (Luxembourg) u London Stock Exchange Group Holdings (Italy) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-726/19)

(2020/C 19/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LSEGH (Luxembourg) Ltd (Londra, ir-Renju Unit), u London Stock Exchange Group Holdings (Italy) Ltd (Londra) (rappreżentanti: O. Brouwer, A. Pliego Selie, u A. von Bonin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta C(2019) 2526 final tat-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit f’dak li jirrigwarda ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi dawk tal-intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ma osservatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha b’mod adegwat fir-rigward tal-identifikazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata tal-qafas ta’ referenza.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazjoni u ma osservatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha b’mod adegwat billi b’mod żbaljat ikklassifikat, fid-deċiżjoni kkontestata, l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi bħala deroga mill-operazzjoni normali tal-qafas ta’ referenza.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kkonstatat, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi tiddiskrimina bejn operaturi ekonomiċi.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, meta kkonkludiet li l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi ma hijiex iġġustifikata min-natura jew mill-istruttura ġenerali tal-qafas ta’ referenza.


  翻译: