20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/56 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2019 – PL vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-728/19)
(2020/C 19/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PL (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu u tas-26 ta’ Settembru 2019, li jirrifjutaw parzjalment l-aċċess għad-dokumenti msemmija fit-talbiet u talbiet konfermattivi tar-rikorrent tal-4 ta’ Diċembru 2018, irreġistrati fit-28 ta’ Frar 2019, abbażi tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu. |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħm, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102; Rettifika, ĠU 2013, L 298, p. 50). |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |